Sport
ARA: Bruce Grobelaar iżur lis-Supporters Club ta’ Liverpool t’Għawdex

Jibqa’ magħruf għall-finalissima tal-European Cup fl-1984. Spiċċat bil-penalties u l-protagonist kien il-goalkeeper ta’ Liverpool – Bruce Grobelaar. Ir-rebħa fl-Istadio Olimpico marret għar-Reds, u Grobelaar libes laqam ġdid minn dakinhar – Spaghetti Legs wara l-wirja partikolari bejn il-lasti waqt l-għoti tal-penalties. Dejjem baqa’ jsegwi lil-Liverpool anke wara tmiem il-karriera tiegħu. Għadu sal-lum partitarju kbir tagħhom. Sentejn ilu wiegħed lis-Supporters Club ta’ Liverpool t’Għawdex, li jiġi jżurhom fi tmiem l-istaġun meta l-Liverpool jiġu nkurunati champions tal-League Ingliż.

L-atmosfera f’dan is-supporters club fix-Xewkija, dejjem tkun fl-aqwa tagħha kemm meta jilagħbu l-Liverpool u issa iktar u iktar li rebħu l-Premier League. Ilu miftuħ 23 sena u fih forsi waħda mill-kollezzjonijiet uniċi tat-tazzi mirbuħa minn dan il-klabb prestiġjuż. Għal Grobellar, li ma’ Liverpool tista’ tgħid li rebaħ kull unur, din is-sena minkejja l-isfida tal-pandemija tal-COVID, l-iskwadra ta’ Jurgen Klopp reġgħet qamet għall-okkażjoni.”

“When the organization started gearing up. Liverpool started finding the right players. We bought Allison. We bought Van Dijk and the players around them started playing better. That was the time when I knew that we were going to lift that trophy.”

Grobelaar, imwieled iż-Żimbabwe kien iddefenda l-lasti tal-Kopites, kif inhuma magħrufa l-Liverpool għal 13-il sena bejn l-1981 u l-1994.

“I was lucky to play with the best team in Europe at the time. And I never thought that we had to wait 30 years to lift the trophy. But now that it happened, the players need to settle down. They’ve got top take that into themselves and I know that Jurgen Klopp is going to say to them ‘You’ve won this year, but nothing from next season. Next season we start again”.

Il-partitarji tal-klabb Għawdxi ta’ Liverpool FC li jinsab fix-Xewkija kellhom ukoll l-okkażjoni li jieħdu ritratt ma’ tazza oħra fil-kollezzjoni tagħhom – replika identika tat-trofew tal-kampjonat Ingliż.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Ġuvni Żvediż ta’ 19-il sena Barre Sakeriya Abdukadir weħel tlett xhur ħabs sospiżi għal sena wara li lbieraħ it-Tnejn għall-ħabta ta’ 8.30am kien tiela’ xurban fuq titjira fl-ajruport internazzjonali ta’…

Keith Schembri, li kien Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jinsab arrestat. Mhux eskluż li miegħu qed jinżammu arrestati persuni oħra. Dan wara li lbieraħ il-Qorti Kriminali ordnat…

Aktar