Kronaka
ARA: Camera ġo dar f’Iżrael tiġbed ‘rocket’ dieħel fis-salott waqt li s-sid jara t-televiżjoni

Raġel li kien qed jara t-televiżjoni f’daru ħa l-ikbar qatgħa ta’ ħajtu hekk kif ‘rocket’ laqatlu l-faċċata tas-salott.

L-inċident seħħ fil-belt ta’ Petah Tikva u nqabad mis-CCTV camera li hemm fl-istess salott.

Ir-raġel, li kien qed isegwi l-aħħar żvilupp fil-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, jidher iqum maħsud u jipprova jżomm ċertu oġġetti milli jaqgħu.

Iż-żewġ naħat jinsabu maqbudin fi ġlied qalil u mindu beda din il-ġimgħa mietu mill-inqas 83 persuna.

Ara wkoll:

 

“Kelli noħroġ minn dari” – l-Ambaxxatur Malti għall-Palestina