Barranin
ARA: Ċerv salvat wara li qatta’ sentejn jgħix b’tyre m’għonqu

Ċerv f’Colorado, fl-Istati Uniti, huwa eżempju ċar kif l-iskart tal-bniedem jipperikola lill-annimali li jgħixu fis-selvaġġ.

Dan iċ-ċerv qatta’ xejn inqas minn sentejn jgħix b’tyre madwar għonqu, tant li spiċċa b’ferita.

Kien resident taż-żona li lemaħ liċ-ċerv u għarraf lill-uffiċjali tal-Colorado Parks and Wildlife, li min-naħa tagħhom illupjaw liċ-ċerv, qatgħulu l-qrun u neħħewwlu t-tyre.

L-uffiċjali setgħu jiddeterminaw li dan kien ilu jgħix bit-tyre minn tal-anqas sentejn minħabba li kienu diġà lemħuh f’Lulju tal-2019 meta kienu qed jagħmlu stħarriġ fuq il-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż tal-muntanji.