Politika
ARA: Chetcuti Cauchi xxandar il-filmat sħiħ biex turi manipulazzjoni mill-programm Franċiż

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex kellha l-liċenzji għal dan il-programm sospiżi.

L-istazzjon kien xandar partijiet minn intervista bejn ġurnalist Franċiż u l-Avukat Jean Chetcuti, fejn il-ġurnalist kienet għamlitha ta’ rappreżentanta ta’ klijent Afrikan li kellu kredenzjali dubjużi li setgħu jwaqqfuh milli jakkwista ċ-ċittadinanza. Fl-intervista l-Avukat Chetcuti deher jallega qrubija ma’ membri tal-kabinett Malti, u jgħid li d-ditta legali tiegħu kellha rata ta’ suċċess ta’ 100%.

Fi stqarrija, Chetcuti Cauchi qalet li meta dawn l-allegazzjonijiet kienu ppubblikati, tat bidu għal proċess ġudizzjarju fil-qorti kriminali Franċiża kontra l-aġenzija Franċiża li pproduċiet il-programm. Qalet li l-aġenzija bdiet teħel multa kuljum mill-Qorti talli ostakolat il-proċess, sakemm finalment tat il-filmat oriġinali li ġibdet lil Chetcuti Cauchi, li min-naħa tagħha għaddiet il-filmat lill-maġistrat.

Dr Checuti qal li l-ispirtu tal-konverżazzjoni kollha kien dwar il-mod strett ta’ due diligence li bih titħaddem l-iskema ta’ l-IIP, iżda fil-filmat imxandar mill-istazzjon Franċiż saret biss enfasi fuq il-ftit sekondi li fihom wieġeb il-mistoqijiet tal-ġurnalist fuq kif inzerta jaf ministru.

Żied li l-filmat jurih jgħid lill-ġurnalist li klijenti li jkunu se jiġu rifjutati minħabba problemi bikrija marbuta ma’ due diligence jew għax ikollhom preċedenti kriminali, lanqas biss jeħduhom f’idejhom. Qal li meta kien mistoqsi b’mod dirett dwar l-użu tar-relazzjonijiet professjonali mal-awtoritajiet, huwa wieġeb li “ma jfissirx li jien nista’ nagħmel xi ħaġa, jekk ma nistax” u li ” jekk ma nistgħux ngħinuh, inkunu onesti u ngħidu, hawnhekk ma nistgħux ngħinuk.”

Id-ditta legali qalet li b’dan il-filmat temmen li qed telimina kull dubju li jista’ jkun hemm fuq it-track record tal-kumpanija.

Segwi l-filmat oriġinali:

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Aktar