Lokali
Ara: Chris Tanti b’daqq tal-kitarra li jserraħ il-menti qalb in-natura

Ftit tal-ħin ilu, il-kitarrist prim Chris Tanti reġa’ wera x’isarraf fuq il-palk tal-MFCC. Fi sfond miksi xtieli u siġar, bħal donnu qiegħed qalb in-natura maqtugħ mid-dinja għall-frisk u għall-kwiet ‘il bogħod mill-ħajja mgħaġġla li bosta minna saru jgħixu, Chris għadu kif ta prestazzjoni kkaratterizzata minn ritmu kajman u trankwill għall-aħħar.

Talent, li x’aktarx li bih irnexxielu jpaxxi lill-bosta li bħalissa qed isegwu l-ewwel semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’ mid-dar.

Tista’ tivvota għal Chris Tanti fuq 50614405.