Lokali
ARA: Christabelle minkejja r-riżultat tal-bieraħ tibqa’ titbissem

Christabelle qalet li l-riżultat li kisbet bid-diska tagħha ‘Taboo’ ma jirriflettix il-ħidma kollha tagħha u tat-tim kollu li għamlu f’dawn l-aħħar xhur.

Hija qalet li f’Lisbona tat l-aħjar prestazzjoni li setgħet tagħti u għamlet l-almu kollu tagħha biex tirrappreżenta lil pajjiżna.

Filwaqt li qalet li delegazzjonijiet barranin ma setgħux jemmnu bir-riżultat li hija kisbet, hija qalet li xorta kienu impressjonati bil-kanzunetta u l-viżwal.

Christabelle qalet li hija kburija bil-fatt li rrappreżentat lil Malta u rringrazzjat lill-Maltin u l-Għawdxin kollh atas-sapport tagħhom tul il-vjaġġ tagħha f’din l-esperjenza li m’hi se tinsa qatt.