Annimali
ARA: Ċiefa li nqabdet fi xlief mormi fil-baħar lura fl-ambjent tagħha

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha.

Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet instabu minn membri tal-Għaqda Nature Trust, x’aktarx li ċ-ċifiet qattgħu ħin twil marbutin flimkien esposti għax-xemx.

Iċ-ċifiet li kienu fi stat ħażin ta’ saħħa, ittieħdu għand veterinarju u ilhom għal dawn l-aħħar ġimagħtejn jiġu rikoverati.

Waħda miċ-ċifiet mietet iżda l-oħra rkuprat tant li llum reġgħet intelqet lura fl-ambjent naturali tagħha.

Bħalissa dawn l-għasafar jgħammru u għalhekk iżuru ħafna l-irdumijiet.

 

Ara wkoll:

ARA: Isalvaw 2 ċifiet li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Missier ta’ madwar 68 sena minn Ħal Għaxaq, Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li għal ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu allegatament qatel lil ibnu ta’…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 49 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u fiequ 5 persuni. B’din iż-żieda issa l-każijiet attivi jitilgħu għal 311 bin-numru total ta’ swab tests…

Kronaka

Argument bejn missier u iben spiċċa fi traġedja kekk kif il-missier qatel lil ibnu fi sparatura f’Ħal Għaxaq. TVM jinsab infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq il-Gudja,…

Aktar