Politika
ARA: Clyde Caruana u Miriam Dalli jieħdu l-ġurament

Il-Parlament Nazzjonali għandu żewġ membri ġodda hekk kif l-Avukat Miriam Dalli u s-Sur Clyde Caruana ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala deputati parlamentari qabel il-Ministru tal-Finanzi beda jaqra d-diskors tal-Budget.

B’mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru Robert Abela, Dr Dalli ħadet post it-Tabib Etienne Grech li rriżenja fl-aħħar jiem wara li kien ġie elett mir-raba’ distrett filwaqt li s-Sur Caruana ġie co-opted bħala rappreżentant tal-votanti fit-tieni distrett minflok l-ex Prim Ministru, Joseph Muscat.

Iż-żewġ deputati ġodda għamlu interventi qosra ta’ radd il-ħajr

Clyde Caruana qal “se nkun qed nagħmel l-almu tiegħi biex inwassal il-leħen tal-poplu f’din il-kamra u nagħmel l-almu tiegħi sabiex nilħaq l-aspettativi illi huma meħtieġa f’din il-kamra”.

Miriam Dalli qalet “meta ġejt imsejħa biex nagħti l-kontribut tiegħi fil-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija minflok tal-Parlament Ewropew ma stajtx ngħid le għaliex ridt naċċerta ruħi li nagħti l-kontribut tiegħi b’mod attiv fil-politika Maltija f’din il-Kamra, inwiegħed lealtà u fuq kollox inwiegħed li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex inwassal il-vuċi tagħhom u nkunu qed inwassalu l-aħjar politika li lilhom tagħmlilhom differenza pożittiva”.

B’dan l-iżvilupp, fil-jiem li ġejjin il-Kummissjoni Elettorali mistennija tiftaħ in-nomini għal elezzjoni każwali minn fost il-kandidati li s-sena li għaddiet ikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Segwi fil-filmat: