Saħħa
Ara: Coronavirus u mhux – kif taħsel idejk kif suppost

Donnu dan l-aħħar, fl-isfond tal-pandemija Covid-19, dak li jkun reġa’ sar midħla tal-iġjene, l-indafa, u li joqgħod b’seba’ għajnejn bil-għan li jieħu ħsieb saħħtu u saħħet dawk ta’ madwaru.

Madanakollu, Coronavirus u mhux, affarijiet sempliċi bħal li taħsel idejk kif suppost u li tbiddel iż-żarbun qabel ma tidħol id-dar, tajjeb li nibqgħu nagħmluhom anki ġaladarba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha bħalissa tgħaddi b’wiċċ il-ġdid, hekk kif b’dawn id-drawwiet ċkejknin nistgħu nnaqsu t-tixrid ta’ kwalunkwe tip ta’ mikrobu.

Ħames snin ilu, aktarx fl-isfond tal-virus tal-Ebola, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ppublikat filmat fuq il-ħasil tal-idejn. F’liema filmat, jiġi spjegat pass pass kif dak li jkun għandu jogħrok idejh bis-sapun u l-ilma b’tali mod li jiddiżinfettahom għalkollox.

Ġaladarba tlesti taħsel idejk, il-filmat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-vit għandu jingħalaq b’tissue. Tista’ tagħmel dan, ukoll, billi tuża l-minkeb. Ftakar, li l-istess jgħodd għal meta tiġi biex tiftaħ il-bieb, għax ikollok iddur lura u terġa’ tibda togħrok mill-ġdid.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar