Kurżitajiet
ARA: Timmaġina lil Cristiano Ronaldo fost il-pasturi fil-presepju?

In-Naplitani saru jiddelittaw jarmaw u jżejjnu l-presepji tagħhom b’pasturi mhux tas-soltu.

Minbarra l-pasturi tradizzjonali, f’xi presepji Naplitani jaf tara xi wċuħ familjari.

Sidien il-ħwienet tal-pasturi qalu li, din is-sena, jinbiegħu bħall-pastizzi, hemm il-pasturi fi xbieha tal-Ministru għall-Intern Matteo Salvini, id-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio u l-plejer Juventin tal-football Cristiano Ronaldo.

Mal-aktar pasturi li qed jinbiegħu hemm dawk ukoll ta’ Donald Trump, Kim Jong Un, Vladimir Putin u Hillary Clinton.

Saret bħal donnha tradizzjoni fost in-Naplitani li x-xena tan-nattività tingħata bixra moderna u kontemporanja.

Napli qiegħda kull ma jmur issir aktar popolari mat-turisti bħala destinazzjoni għall-festi tal-Milied propju minħabba dawn il-presepji moderni.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ħaddiem Indjan spiċċa fuq fomm kulħadd wara li nqabad jiftaħ il-kaxxi tal-ikel ordnati b’delivery u jerġa’ jagħalaqhom meta jkun fi triqtu għand il-klijenti. Filmat li nġibed f’Madurai, fin-nofsinhar tal-Indja, juri…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Niftakar li meta l-iskola konna bdejna l-ewwel lezzjonijiet tal-istorja, kienu jsemmulna Żmien il-Ħaġar u Żmien il-Bronż fost oħrajn. U l-mistoqsija kienet toħroġ waħedha:…

Kurżitajiet

M’hemmx għalfejn wieħed jistenna l-Milied biex jirċievi r-rigal tiegħu għax il-lotterija EuroMillions se titla’ llejla u tista’ tkun fost dawk l-iffortunati li se joħorġu rebbieħa. Ftit tax-xhur ilu, Maria minn Malta rebħet…

Kurżitajiet

Żewġ sorijiet tas-skola Kattolika f’Kalifornja ammettew li serqu mal-$500,000 biex jilagħbuhom f’Las Vegas. Suor Mary Kreuper u Suor Lana Chang serqu l-flus minn St James’ Catholic School f’Torrance, belt viċin…

Aktar