Barranin
Ara kif il-Pulizija ħarġu ors li weħel fi skip

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu.

Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex ifittex xi jmaxtar, iżda weħel ġo fih. T-Shirt ingħata ismu minħabba r-roqgħa bajda li għandu fuq sidru.

Żewġ pulizija mill-uffiċċju tal-Placer County Sheriff marru fuq il-post, u b’diversi manuvri għenu lil T-Shirt joħroġ mill-iskip.

Kienu l-pulizija stess li iktar tard tellgħu l-filmat ta’ dak li seħħ ħmistax ilu fuq il-midja soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sindku ta’ Seoul, Park Won-soon instab bla ħajja fuq il-muntanja Bukak fl-inħawi ta’ Seongbuk-gu, ftit ‘il bogħod mir-residenza tiegħu. Il-pulizija ma żvelawx biex miet iżda mhumiex qed jeskludu li dan…

Barranin

Se jiġi restawrat il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f’Pariġi, li kien inqered f’nirien li ħakmu l-binja f’April tas-sena l-oħra. Huwa se jkun restawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu. Din id-deċiżjoni tħabbret…

Barranin

Fl-Istati Uniti , il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-assi finanzjarji tal-President Donald Trump jistgħu jkunu eżaminati iżda sostniet li f’każ ieħor l-informazzjoni ma tistax tingħata lill-Kungress. Trump ma jridx li jippubblika…

Barranin

Studju riċenti li sar fl-Italja, wieħed mill-pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqat ħażin mill-Covid-19, sab li n-nisa tqal jistgħu jgħaddu l-virus lit-tarbija tagħhom fil-ġuf mis-sekonda. Il-Professur Claudio Fenizia, mill-Università ta’ Milan…

Aktar