Kronaka
ARA: Daħal mgħammad fil-guva tal-Buskett biex jisraq żewġ barbaġanni

Ftit tal-jiem biss wara li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) nediet it-tielet u l-aktar fażi importanti tal-Proġett tal-Barbaġann li għanda fil-Ġonna tal-Buskett, persuna mhux magħrufa wettqet ħsara biex daħlet f’guva tal-proġett.

Fi stqarrija, l-FKNK qalet li meta dalgħodu l-persuna inkarigata tal-FKNK marret biex tagħlef il-barbaġann, skopriet il-ħsara u li żewġ barbaġanni mill-ħamsa li kien hemm fil-guva kienu nieqsa.

Il-FKNK għamlet rapport l-għassa tar-Rabat, fejn ukoll ġie ppreżentat l-filmat tal-kameras CCTV li jinstabu installati ġol-guva u bnadi oħra, biex tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-FKNK qed t’appella lil kull min jista’ għandu xi nformazzjoni sabiex jgħaddiha lill-pulizija.