Lokali
ARA: Daqshekk stennija għar-riżultati elettorali uffiċjali – jinħarġu dakinhar stess

F’intervista ma’ TVM, il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, Joseph Church qal li f’Mejju tas-sena d-dieħla, ir-riżultati uffiċjali tal-votazzjoni għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali se jinħarġu fi żmien 12 jew 14-il siegħa  – fl-istess ġurnata tal-għadd.

Dan wara li l-għadd tal-voti fl-appuntamenti elettorali tas-sena d-dieħla se jkun qed isir b’mod diġitali.

Is-Sur Church qal li s-sistema diġitali nħadmet fuq il-mudell Skoċċiż li timxi fuq l-istess kunċett ta’ single transfer voting.

Din is-sistema revoluzzjonarja, spjega s-Sur Church, se tkun qed tanalizza kull vot permezz ta’ sistema ta’ scanning fejn se tiġi assistita b’sistema ta’ verifikar tal-aġġudikaturi.

Is-Sur Church qal ukoll li nħoloq saff ġdid fejn persuna maħtura mill-Kummissjoni flimkien ma’ osservaturi tal-partiti se jkunu qed josservaw u jridu jaqblu b’mod unanimu fuq il-validità tal-vot.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar