Edukazzjoni
ARA: Daqt lesti x-xogħlijiet fuq l-iskola primarja ġdida tal-Qawra

Ix-xogħlijiet fuq l-iskola primarja l-ġdida tal-Qawra waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom.

Il-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada qalet lil TVM li din l-iskola se tiftaħ il-bibien tagħha għat-tfal fis-sena skolastika l-ġdida.

L-iskola hi mifruxa fuq medda ta’ 9,500 metru kwadru, u se jkollha 39 klassi għal 500 tifel u tifla, sala għal 400 persuna, kif ukoll kindergarten u ċentru għall-ħarsien tat-tfal. Taħt il-binja hemm ukoll parkeġġ għal 400 karozza.

Il-proġett qed isir b’investiment ta’ madwar €13-il miljun, kollha fondi nazzjonali.