Saħħa
ARA: Dar ġdida għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Tliet ommijiet bit-tfal li spiċċaw vittmi ta’ vjolenza domestika se jingħataw il-kenn għal tnax-il xahar f’Dar Santa Bakhita f’Ħal Balzan li ġiet inawgurata bħala t-tieni xelter mmexxi mill-fondazzjoni Dar Merħba Bik u s-sorijiet tal-Bon Pastur.

Elaine Pavia li tmexxi id-dar qalet li dawn in-nisa diġa’ ngħataw l-ewwel għajnuna f’Dar Merħba Bik, iżda ma jkunux għadhom f’pożizzjoni li jgħixu għal rashom. Qalet li l-iżjed sfida diffiċli għal persuni abbużati hi li jegħlbu id-dipendenza psikoloġika u finanzjarja fuq dawk li jkunu qed jabbużawhom.

Għal dan il-għan in-nisa se jkunu mħejjija minn professjonisti biex ikattru ħiliet taghhom.

“Din kienet ilha ħolma tberren ġo moħħi u bażikament telqet minn laqgħa li jien kelli mal-mission partners flimkien mas-sorijiet fejn għamilt aċċenn li bħala fondazzjoni għandna nieħdu step iżjed il-quddiem biex naraw u nimirħu f’dan il-proġett f’dar residenzjali oħra u s-sisters mill-ewwel laqgħu is-sejħa tiegħi.”

Il-kummissarju responsabbli għall-vjolenza domestika, Simone Cini, qalet li l-liġi Maltija hija fost l-iżjed avvanzata fl-Ewropa iżda mingħajr bidla fil-mentalità, l-vittmi se jibqgħu ikunu vittimizzati.

“Iktar faċli ddaħħal il-liġi milli tbiddel il-kultura… għahekk aħna naħdmu wkoll fuq il-public awareness u dejjem ngħidu kull fejn imorru li l-problema tal-vjolenza domestika hija pjaga soċjali u kull wieħed u waħda minnha qed jiġi affettwat ħażin.”

Il-Ministru tal-Familja Michael Falzon qal li l-istutuzzjonijiet konċernati qed jingħataw l-għodda biex jaraw li l-liġijiet qed ikunu implimentati. Il-gvern alloka tmien mitt elf ewro għall-tliet snin lill-fondazzjoni Dar Merħba Bik biex tkun tista’ twettaq il-ħidma tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Daħlu Malta grupp ta’ madwar 97 immigrant, li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta. L-immigranti ddaħħlu f’Xatt it-Tiben f’dawn il-ħinijiet. Bħalissa qed jgħabbuhom fuq ix-xarabanks tal-pulizija. Aktar dettalji fil-ħin li…

Lokali

Ilbieraħ, il-President George Vella ħalla Malta għall-Polonja biex ikun jista’ jattendi għall-kommemorazzjoni ta’ meta l-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau nħeles minn taħt in-Nażisti. Dan hekk kif illum jaħbat il-75 sena mindu seħħ…

Kronaka

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ. L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Aktar