Lokali
Ara: Debba u għadd ta’ ħamiem salvati – kienu miżmuma f’bitħa żgħira fil-ħmieġ

Debba magħluba għuda u diversi ħamiem instabu miżmuma f’kundizzjoni mwiegħra.

L-annimali nstabu lbieraħ għall-ħabta tas-7pm ġo residenza fi Triq il-Marsa, il-Marsa.

Kif jixhed filmat, l-annimali nstabu ġo bitħa żgħira qalb ħafna ħmieġ. Saħansitra, id-debba kellha bżonn tittieħed għand veterinarju u n-nagħal.

L-annimali ġew salvati mill-Animal Welfare, u d-debba ngħatat lil RMJ Horse Rescue, ċentru li jieħu ħsieb liż-żwiemel.