Barranin
ARA: Denfil jagħmel ġest ta’ mħabba li ħadd qatt ma ra bħalu

Denfil omm tal-ispeċi ‘bottlenose’ addottat denfil orfni ta’ speċi differenti, f’dak li x-xjentisti qed iqisu bħala l-ewwel każ magħruf tax-xorta tiegħu.

Xjentisti li fl-2014 kienu qed jistudjaw id-dniefel madwar il-gżejjer Polinesi, fl-oċean Atlantiku, baqgħu skantati meta raw ferħ ta’ denfil li kien jidher differenti minn dik li assumew li kienet ommu.

Id-denfil omm diġà kellha ferħ ieħor tat-tip ‘bottlenose’ bħalha, u eventwalment ix-xjentisti rrealizzaw li l-ferħ l-ieħor kien fil-fatt ‘melon-headed whale’; speċi differenti mill-‘bottlenose’.

Għalkemm id-dniefel huma magħrufa li jisirqu l-frieħ tal-oħrajn għal ftit żmien waqt perjodu ta’ kunflitt, każ ta’ adozzjoni bħal dan huwa uniku, fejn l-omm ilha tieħu ħsieb lil dan l-orfni għal ħames snin.

Id-denfil orfni ġie aċċettat fil-komunità tad-dniefel ‘bottlenose’, u anki tgħallem iġib ruħu bħalhom. Segwi fil-filmat:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar