Barranin
ARA: Demolizzjoni diżastruża fid-Danimarka tfarrak librerija

Operazzjoni ta’ demolizzjoni fid-Danimarka ma marritx kif mixtieq wara li sajlo waqa’ laġenba fuq il-binjiet ta’ maġenbu.

Fil-belt ta’ Vordingborg, fid-Danimarka, l-operazzjoni ta’ demolizzjoni ta’ sajlo tas-simet marret żmerċ wara li dan waqa’ fid-direzzjoni fejn mhux suppost kellu jaqa’.

Is-sajlo, li kien fih mal-53 metru, farrak librerija li kienet biswitu. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Dwar il-każ infetħet inkjesta biex jiġi ddeterminat x’kienet il-kawża tal-inċident.