Lokali
ARA: Dentist Malti jgħid li jibża’ aktar mill-pazjenti milli mill-annimali slavaġ

Studja biex inaddaf u jikkura s-snien tal-bnedmin, iżda ilu kważi 20 sena jaħdem fuq is-snien ta’ annimali slavaġ.

Id-dentist Paul Cassar tkellem waqt il-programm Rasimbras dwar kif ta sehmu biex fl-Indja ġew salvati mad-900 ors minn prattiċi li jissottomettuhom għal ħruxijiet kbar, u li bihom jitkissrilhom ix-xedaq. Jgħid li aktar hemm ċans li jibża’ mill-pazjenti li jkollu fil-klinika milli mill-annimali li jikkura n-naħa l-oħra tad-dinja.

Mill-kura tax-xedaq tal-bniedem għal dik ta’ annimali kbar u feroċi bħal orsijiet, iljuni u hyenas: id-dentist Paul Cassar ma sabhiex wisq diffiċli biex jagħmel it-tranżizzjoni.

Ibbażat fir-Renju Unit, bħala trustee tal-organizzazzjoni International Animal Rescue, hu ta sehemu biex tinqata’ l-prattika llegali tal-orsijiet li jiżfnu għad-divertiment tal-bniedem u li sa ftit tas-snin ilu kienet għadha mifruxa f’żoni tal-Indja.

“Meta jaqbdu dawn l-orsijiet, jaqbdu ħadida tikwi, u jagħmluha fl-imnieħer. Imbagħad jorbtuhom bi spaga, bħal ċinga tal-klieb, iġibu martell u jkissru s-snien il-kbar; il-canines,” spjega Dr Cassar.

L-NGO nefqet aktar minn 600,000 sterlina biex xtrat il-liċenzji u ħelset mad-900 ors mit-tbatija. “We have taken away the licenses to handle the bears, so there are no more licences. There are no more dancing bears in India. They are all in our sanctuaries being looked after.”

Paul Cassar midd idejh u opera fuq l-orsijiet biex irranġalhom is-snien li kien kissrilhom il-bniedem. L-NGO International Animal Rescue qed tgħin lil dawk li kienu jżommu l-orsijiet biex jibdlu l-istil ta’ ħajja imdorrijin bih.

“We re-trained them to do other things. So that they could earn money. Some of them ended up working up in our sanctuaries looking after the bears. We set up schools for the children so that they could learn arithmetic, literacy and numeracy,” spjega Dr Cassar.

Bħala dentist Paul Cassar ħadem ukoll fuq annimali li jinżammu fiz-zoos. “Meta annimal jinżamm ġo zoo, bid-dwejjaq li jkollhom, l-annimali huma msakkrin, mhux l-ambjent tagħhom allura jibdew jigdmu l-ħadid tal-gaġġa u jkissru snienhom.”

Huwa jisħaq li l-intervent tad-dentisti jwassal għal tibdil fl-imġieba tal-annimali. “Almost 100 hundred per cent. All the animals after they are relieved of their suffering, they became more active, they were less aggressive, they ate more freely, they were much happier animals after they had their teeth sorted out.”

Paul Cassar jgħid li mill-annimali ma jibżax. “Meta nara bniedem hawn fil-clinic, dawk jistgħu jigdmuni, imma l-annimali kollha huma reqdin ma jistgħu jagħmlu xejn!”

Twissija: Il-filmat jista’ jixxokkja lil xi wħud.

L-intervista sħiħa tista’ taraha waqt il-programm Rasimbras fuq https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/

 

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar