Lokali
Ara: Destiny bi prestazzjoni tajba fit-2 prova tagħha fil-Eurovision

Il-kantanta Destiny Chukunyere temmet it-tieni prova tagħha bi tħejjija għall-Eurovision Song Contest.

Mill-ġdid, Destiny tat prestazzjoni l-ġmiel tagħha u tinsab lesta biex ladarba jibda l-festival tpaxxi ‘l-pubbliku bil-vuċi distinta tagħha.

Intant, ftit wara l-prova tagħha Destiny qalet li ħassitha komda mmens fuq il-palk fost l-oħrajn anki peress li biddlet il-libsa tagħha.