Mużika
Ara: Destiny b’vuċi gospel li tqajjimlek ġismek xewk xewk

Għal-lejla, bit-tama li tagħmilha għall-finali ta’ ‘X Factor Malta’, Destiny għażlet il-kanzunetta “And I Am Telling You I’m Not Going”, mill-musical ta’ Broadway ‘Dreamgirls’.

Liema kanzunetta, inħarġet fit-tmeninijiet u li, fost l-oħrajn, ġiet interpretata minn Jennifer Holliday.

Minkejja li għadha fi fjur żgħożitha, Destiny reġgħet għamlitha. B’vuċi distinta u konformi mal-istil gospel, it-tfajla ta’ sbatax-il sena rnexxielha tagħmel tagħha kanzunetta li mhix ta’ żmienna.

Tista’ tivvota għal Destiny fuq 5061 4403

https://www.facebook.com/XFactorMalta/videos/785344848619356/

 

Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Aktar