Kurżitajiet
ARA: Dgħajsa forma ta’ vjolin iddur bil-mużiċisti fil-kanali ta’ Venezja

Dgħajsa fil-forma ta’ vjolin kbir qed iddur mal-kanali ewlenin ta’ Venezja biex tippromwovi r-rabta storika bejn il-mużika u l-belt.

Fuq id-dgħajsa qed ikun hemm erba’ mużiċisti li jdoqqu mużika klassika.

L-idea kienet tal-artist u skultur Venezjan Livio De Marchi u għandha l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tal-belt.

De Marchi ddedika din l-idea bħala tislima lejn il-vittmi tal-Covid.

Id-dgħajsa, li huwa semma “Il-Vjolin ta’ Noe”, hija twila 12-il metru u wiesgħa erba’ metri.