Lokali
ARA: Il-Gvern sorpriż b’li qal Di Maio dwar Malta u l-interconnector

Il-Gvern qal li Malta tixtri b’rati kummerċjali l-enerġija mill-grid Ewropew li mbagħad titwassal fil-pajjiż permezz tal-interconnector mill-Italja. Il-Gvern qal ukoll li l-ftehim dwar l-operat tal-interconnector hu skont ir-regoli Ewropej.

Il-Gvern Malti kien qed jirreaġixxi fi stqarrija għall-kummenti tad-Deputat Prim Ministru Taljan, Luigi di Maio, li pprova jorbot l-interconnector mal-kwistjoni dwar l-immigrazzjoni.

Fil-programm Porta a Porta fuq Rai Uno, Di Maio qal li l-Italja tagħti l-elettriku lil Malta u Malta rrifjutat li tgħin l-immigranti abbord il-vapur Aquarius, li skont id-Deputat Prim Ministru Taljan kien fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabbiltà ta’ Malta. B’din id-dikjarazzjoni, Luigi Di Maio ta x’jifhem li l-Italja qed tagħti l-elettriku b’xejn lil Malta.

Il-Gvern Malti qal li jinsab sorpriż bid-dikjarazzjoni ta’ Di Maio u saħaq li fil-kwistjoni tal-vapur Aquarius aġixxa skont ir-regoli internazzjonali. Il-Gvern qal li hu fiduċjuż li l-awtoritajiet kompetenti Taljani se jiġbdu l-attenzjoni ta’ Di Maio għall-fatti dwar l-operat tal-interconnector, li l-Gvern Malti saħaq hu mmexxi skont is-saltna tad-dritt.

Il-Gvern qal li bl-investimenti li saru fl-aħħar snin fl-impjanti f’Delimara, Malta tiġġenera biżżejjed elettriku għall-ħtiġijiet tagħha u l-interconnector jintuża bħala parti mill-politika ta’ enerġija minn sorsi differenti.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Themistocles Attard minn Birżebbuġa nfexx jibki u jħabbat idejh fuq rasu malli sema’ li ser jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li wettaq hold up f’ħanut tal-merċa f’Santa Venera u…

Qorti

L-avukat Ann Fenech rebħet żewġ kawżi ta’ libell kontra l-Prim Ministru u l-President tal-Partit Laburista dwar żewġ stqarrijiet li l-Partit Laburista ħareġ li fiha kien implika li Dr Fenech ingħatat…

Qorti

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inkjesta Egrant għadhom għaddejjin. Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali waqt ir-rikors imressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Qorti tordna lill-Avukat Ġenerali jagħtih kopja sħiħa…

Lokali

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħda tfakkar lill-konsumaturi dwar pariri bażiċi ta’ sigurtà relatati ma’ prodotti li normalment jinxtraw f’dan l-istaġun tal-festi. L-MCCAA qalet li skont il-programm ta’ sorveljanza…

Aktar