Unjoni Ewropea
ARA: Dibattitu jaħraq bejn il-PM tal-Polonja u l-President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Prim Ministru tal-Polonja, Mateusz Morawiecki, akkuża lill-Unjoni Ewropea b’rikatt f’dibattitu mqanqal dwar is-saltna tad-dritt mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen.

Dan wara deċiżjoni ta’ Qorti Għolja fil-Polonja li mhix taċċetta partijiet ewlenin mil-liġi tal-Unjoni Ewropea, fosthom li fil-prinċipju l-liġi Ewropea tiġi fuq il-liġi nazzjonali.

Von Der Leyen qalet li se tieħu azzjoni għaliex mhix se taċċetta li l-Polonja tiċħad il-valuri Ewropej.

B’reazzjoni, il-Prim Ministru tal-Polonja akkuża lill-Unjoni Ewropea b’lingwaġġ ta’ theddid u qal li qed taqbeż il-limitu tal-poteri tagħha.