Knisja Maltija
ARA: “Din il-ħatra hija għarfien mill-Papa tal-knisja ħajja li hemm f’pajjiżna”

Illejla Monsinjur Mario Grech ta lil TVM l-ewwel reazzjoni tiegħu wara li dalgħodu l-Papa Franġisku ħabbar li għażlu fost 13-il kardinal; xi ħaġa li huwa jsostni li ma kienx konxju tagħha minn qabel.

Mons. Grech iddeskriva kif dalgħodu kien miexi f’Campo dei Fiori f’Ruma, wara li ltaqa’ ma’ saċerdot ħabib tiegħu. Spjega li ċemplulu koppja minn Malta, u għarrfuh li l-Papa Franġisku kien għadu kemm innominah bħala Kardinal. Qal li bilkemm seta’ jemmen, iżda meta qata’ minn magħhom beda jirċievi messaġġi ta’ awguri mingħand in-nies.

Fil-kollegament ma’ Television Malta llejla, Mons. Grech jitkellem dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu f’Ruma u dwar dak li tfisser għalih u għall-poplu Malti din il-ħatra. Jenfasizza li din mhix kisba għalih personali biss, imma hija għarfien mill-Papa tal-Knisja ħajja li hawn f’Malta.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: L-Isqof Grech se jinħatar kardinal – sar jaf għax ċemplulu minn Malta