Lokali
Ara: ‘Dirty Dancing’ jieħu l-ħajja b’Yazmin & James

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek qalbek.

Għal-lejla, id-duo Malti għażel waħda fost is-soundtracks ewlenin tal-film ‘Dirty Dancing’, il-kanzunetta “The Time of My Life”.

Liema kanzunetta, ħarġet fl-1987. U, fost l-oħrajn, fl-2010, il-grupp Amerikan The Black Eyed Peas ħareġ remake tagħha, “The Time (Dirty Bit)”, u li biha kiseb daqstant ieħor suċċess.

Tista’ tivvota għal Yazmin & James fuq 50614407.

Yazmin & James | X Factor Malta Season 02 | Live Show 2

We’re surely having the time of our lives!This is the X Factor!Yazmin and James.. AMAZING!Yazmin & James📱 SMS on 50614407📺https://www.youtube.com/c/XFactorMalta CLIP BROUGHT TO YOU BY GasanZammit Motors Ltd.#XFactorMalta #EverybodyIsWatching

Gepostet von X Factor Malta am Sonntag, 19. Januar 2020

 

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar