Mużika
ARA: Diska rap bil-Malti kontra d-droga

Fi żmien meta l-hip hop jidher li qed ikun ġeneru favorit ma’ ħafna żgħażagħ, anke f’Malta donnu hawn interess kbir f’din il-mużika minn diversi kantanti u gruppi li għandhom eluf ta’ segwaċi.

Fosthom insibu lir-rapper Malti Digby li għadu kif ħareġ l-ewwel kanzunetta mill-album li mistenni joħroġ dalwaqt li ġġib it-titlu ta’ ‘Id-Droga’.  Minbarra l-kanzunetta, id-Digby ħareġ ukoll vidjo mużikali biex jgħaddi messaġġ b’saħħtu liż-żgħażagħ kontra d-droga.

Id-Digby se jkun wieħed minn 5 artisti hip hop li se jieħdu sehem f’Botta u Risposta, li hu l-avveniment ewlieni f’Malta dedikat għal ‘rap battles’ b’uħud mill-aqwa artisti rap lokali.

Din it-tielet edizzjoni ta’ dan l-avveniment se ssir nhar is-Sibt li ġej fid-9pm f’The Garage, Ħaż-Żebbuġ.  Il-parteċipanti l-oħrajn huma Il-Kalakku, RG, Jay Tee u Il-Lapes.