Barranin
ARA: Diskursata ma’ volpi selvaġġ tintemm b’togħma tajba

Raġel fl-Italja li kien qed isuq fil-kampanja muntanjuża ta’ Appennini, iltaqa’ ma’ xena mhux tas-soltu.

Volpi wieqaf fil-ġenb tat-triq, iħares min-naħa għall-oħra, bħal donnu josserva t-traffiku jew jistenna lil xi ħadd.

Hekk kif ir-raġel resaq lejh, il-volpi ma deherx wisq imgerrex, anzi beda jittewweb u poġġa bilqegħda.

Sakemm ir-raġel beda jkellmu, il-volpi baqa’ jħares lejh b’attenzjoni, u anki ttanta jmisslu ftit idu.

Ir-raġel mar lura fil-vettura u ġab deżerta għall-volpi, li ħatafha u mar jikolha ftit ‘il bogħod, bħal ma spiss jagħmlu anki l-klieb domestiċi.

Minkejja li jgħix fis-selvaġġ, il-volpi jidher li mhux l-ewwel darba li ġie f’kuntatt man-nies, u jkun qed jistennihom jiggustawh u jagħtuh xi ħaġa tajba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar