Lokali
ARA: Diversi nies jinġabru fil-Mosta biex ifakkru l-memorja ta’ Dan Udrea

Ġimgħa wara l-inċident skerz li ħasad il-ħajja ta’ Dan Udrea u ħasad ukoll lil Malta tfakkret il-memorja tiegħu fil-Knisja tal-Mosta.

Udrea tilef ħajtu f’inċident skerz bħal-lum ġimgħa wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kien qed isuq fi Triq Notabile l-Imrieħel. Hu flimkien ma’ martu kien qed isuqu lejn ix-xogħol u kienu għadhom kemm wasslu liż-żewġ uliedhom żgħar għand in-nanna.

L-inċident kien sfortunat ukoll minħabba li skont il-kollegi tiegħu s-soltu l-koppja ma tgħaddix minn dik it-triq, billi mill-Mosta jiġbdu lejn Ħ’Attard, għall-by-pass tal-Imrieħel u jidħlu fiż-żona industrijali. Jissuspettaw li qabel ix-xogħol, Dan mar jieħu l-fuel minn pompa tal-petrol.

Huwa kien maħbub minn ħafna mod partikolari mill-kollegi tiegħu li ddeskrivewh bħala bniedem impekkabbli ħabib u blata tal-kumpanija.

Minkejja li d-difna se ssir fir-Rumanija, il-ħbieb u l-kollegi tiegħu f’Malta xorta waħda ħassew ix-xewqa li jsellmulu għall-aħħar darba.

Il-funeral ta’ Udrea se jsir fir-Rumanija, wara li fi ftit sigħat inġabru l-fondi għall-funeral tiegħu. L-Air Malta ħallset għat-titjira tal-katavru.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Dan Udrea huwa l-vittma fl-inċident tal-Imrieħel

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar