Lokali
ARA: Għall-ewwel darba jiġi ċċelebrat il-Karnival fir-Randan

Għall-ewwel f’pajjiżna sar il-Karnival fir-Randan, karnival li sar biex ipatti ftit għad-dizappunt qawwi li kkawħa l-maltemp li ħassar bosta mill-attivitajiet tal-karnival l-ġimgħa l-oħra. Dalgħodu sar il-karnival tat-tfal b’għadd ta’ skejjel taż-żfin li ngħataw iċ-ċans li juru ż-żifna tagħhom fi pjazza San Ġorġ.

Fi pjazza San Ġorġ spikkaw it-talenti tad-diversi kumpanniji taż-żfin li taw l-ispettaklu li kienu ilhom ix-xhur jippreparaw għalih. It-temp kważi xemxi, minkejja temperaturi ftit kesħin ippermetta biex fil-Belt Valletta il-karnival tgawda kif suppost, anki bl-isfilata ta’ xi karrijiet.

Għalkemm fil-midja soċjali kien hemm minn lissen il-fehma li l-Karnival mhux postu fir-Randam, il-Kurja ma qalet xejn waqt li l-pubbliku li nżerta l-Belt u tkellem ma’ TVM kellu opinjoni favorevoli li bejn is-Sibt u l-Ħadd ser isiru l-attivitajiet tal-karnival li tħassru l-ġimgħa l-oħra.

Ma jistax jonqos li s-sidien ta’ karrijiet ukoll huma kuntenti li l-karnival ġie estiż minkejja li spiċċaw jonfqu iktar flus minħabba l-ispejjeż involuti. Il-karnival se jissokta matul il-jum tal-Ħadd bi sfilata tal-karrijiet fi Triq Sant’ Anna l-Furjana mis-2pm ‘il quddiem.

 

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar