Lokali
AĠĠORNAT: DJ idoqq mill-Knisja tal-Mosta

Kontroversja oħra li qamet fuq il-mezzi soċjali b’rabta mal-Knisja tal-Mosta hija d-daqq li sar mill-Knisja. Filmat li nxtered fuq il-mezzi soċjali u li sar minn MYNT jidher DJ A/P idoqq mużika mill-Knisja.

Il-filmat li ftit sigħat wara li ttella’ tneħħa minn fuq il-Facebook ma ntlaqax tajjeb minn kulħadd. Kien hemm min qal li d-dar t’Alla ma tintużax għal daqq. Int x’taħseb dwar dan?

Intant kelliem għall-kumpanija li produċiet dan il-filmat mużikali spjegat li l-għan tagħha huwa li tressaq il-pubbliku lejn il-wirt storiku ta’ pajjiżna u għaldaqstant tagħmel avvenimenti f’postijiet marbuta ma’ wirt storiku. Fl-isfond tal-imxija COVID-19, fejn ma jistgħux isiru avvenimenti, din il-kumpanija ħadet l-inizjattiva li tagħmel live events. Dan bil-għan li tkompli turi s-sbuħija tal-gżejjer Maltin. Dwar l-għażla tal-mużika li ndaqqet fil-Knisja tal-Mosta, il-kelliem qal li kienet mużika ta’ tifħir lir-reliġjon Kattolika u ma kinitx profana.

Ara wkoll:

Tinxtegħel il-faċċata tal-Knisja tal-Mosta bħala ringrazzjament

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar