Lokali
ARA: Dniefel jaqbżu viċin dgħajsa ‘l barra minn Marsaskala

Persuni li llum ħarġu jgawdu dan il-jum sajfi bid-dgħajsa raw xena sabiħa li ma kinux qed jistennew.

Għadd ta’ dniefel dehru jaqbżu ftit ‘il bogħod minnhom meta kienu għaddejjin viċin il-bajja ta’ Marsaskala.

Iktar kmieni dan ix-xahar għadd ta’ dniefel ukoll dehru viċin l-art f’Birżebbuġa.

Il-Malti jgħid li ‘bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb’. Dawn id-dniefel bħal donnhom iridu jfakkruna li għadhom magħna, u li jeħtieġu baħar nadif u protezzjoni mingħandna jekk irridu li nibqgħu ngawduhom.

Filmat: Christian Attard

Sadanittant, wara l-filmat ippubblikat minn TVM, persuni oħra ppubblikaw filmati ta’ dniefel li lemħu llum fix-Xemxija.

Ara wkoll:

ARA: Dniefel ipaxxu l-għajn f’Birżebbuġa

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Erbgħa filgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti subien kellhom jittieħdu l-isptar minħabba li belgħu xi pilloli tal-irqad. Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn qal li kienu l-istudenti stess…

Kultura

Fil-qedem, pajjiżna kien jismu ‘Melita’. Liema isem, ġej proprju mill-Grieg, u li jfisser ‘għasel’. Sa mill-qedem, l-għasel kien u għadu meqjus bħala prodott prestiġġjuż ferm. Fi żmien ir-Rumani, b’mod speċjali,…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri…

Mużika

Songcraft, proġett li jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Aġenżija Żgħażagħ reġa’ lura wara l-proġett pilota fl-2019 fejn ta opportunità lil kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Il-kantawturi magħżula…

Aktar