Televiżjoni u Radju
Ara: Dokumentarju kulturali ġdid – ‘Il-Muxrafija’ fuq TVM

Programm ġdid, ikkaratterizzat minn stramberiji u mkejjen fostna li jħaddnu stejjer u kurżitajiet ta’ kull xorta. ‘Il-Muxrafija’ se jżur għadd ta’ bliet u rħula fi xtutna bil-għan li jiskopri għamliet differenti ta’ muxrabiji bil-għan li t-telespettaturi jsiru aktar midħla tal-oriġini u tal-użu tagħhom.

Fi ftit kliem, il-muxrabiji huma fatturi tal-injam jew tal-ġebel partikolari għall-aħħar li fl-imgħoddi kienu jintużaw fl-irziezet, fid-djar fil-qalba tal-irħula u saħansitra anki mal-palazzi tal-ibliet.

Għada wkoll, ‘Il-Muxrafija’ jerħilha sa Ħal Tarxien biex jiskopri aktar dwar ir-rabta li hemm bejn il-vara tal-Madonna tad-Duttrina u l-Palazz tal-Isqof Leonardo Abela.

Wara Ħal Tarxien, id-dokumentarju jissokta b’taħdita dwar is-salib li jżewwaq il-pjazza taż-Żejtun u li oħroġ il-għaġeb għandu rabta mal-Kalkara.

‘Il-Muxrafija’ jibda jixxandar għada fil-5.30pm fuq TVM.