Politika
ARA: Dr Muscat jagħti l-aħħar messaġġ għas-sena l-ġdida bħala Prim Ministru

Joseph Muscat illejla ta l-aħħar messaġġ tiegħu għas-sena l-ġdida fil-kariga ta’ Prim Ministru.

Waqt li elenka l-kisbiet tal-Gvern fl-aħħar snin, Dr Muscat irrefera għar-riżenja tiegħu, u stqarr li xtaq jitlaq mill-kariga b’mod differenti.

Sostna, madankollu, li għandu s-serħan il-moħħ li għamel dak kollu possibbli biex issir ġustizzja fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Segwi hawn il-messaġġ sħiħ tal-Prim Ministru: