Stejjer Umani
ARA: €200 jsalvawh milli jinfired minn ma’ wliedu

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi l-iskola.

F’dak li kellu jkun l-ewwel Milied tiegħu f’Malta bit-tfal u l-mara miġburin miegħu, se jkun wieħed mimli taqlib, hekk kif uliedu flimkien ma’ għoxrin tifel u tifla ieħor ma ingħatawx permess ta’ residenza biex jgħixu f’Malta mal-ġenituri tagħhom. Dan minħabba l-fatt li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux biżżejjed flus.

“I like school and I have a lot of Maltese friends and its really fun. For me its better than in Serbia,” qaltilna Nevena.

Missierha qalilna li għalih din kienet bħal sajjetta fil-bnazzi. Diġa kien ilu iktar minn sentejn mifrud minn mal-mara u mat-tfal, hekk kif hu ġie hawn fl-2017, u familtu waslet hawn din is-sena.

“Yesterday I recieved letter from Education telling us that our kids where not elegible for free education in Malta because they recieved information from Identity Malta telling them that application for our kids have been refused. We still haven’t recieved an official letter from Identity Malta but that’s enough for us unfortunately.”

L-istorja għal Velimir se tispiċċa b’wiċċ il-ġid għax il-kumpanija li jaħdem magħha se tgħollilu l-paga b’mitejn ewro, biżżejjed biex jissodisfa l-kriterji mitluba mil-liġi u ikun jista’ jżomm lill-uliedu miegħu.

“They are going to raise my salary as needed. They will also contact Identity Malta to make sure my kids stay with me. Also my landlord and my wife’s employer.”

Id-destin ta’ familji oħra Serbi iżda għadu inċert. Sorsi qrib Identity Malta qalu li qed jimplimentaw r-regoli Ewropej għal familji li mhumiex ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Stqarrew tħassib li tfal ta’ familji li jaqiluha u jiekluha jistgħu ikunu ukoll f’riskji iktar u iktar jekk jgħixu ma’ familji oħra fl-istess appartament biex jaqsmu l-kera. Żiedu jgħidu li lanqas huwa possibbli li ħaddiema barranin iġibu magħhom lill-uliedhom waqt li jkunu jaħdmu f’Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna intant fuq twitter ħeġġeġ lil għaqdiet reliġjużi biex jaraw kif jistgħu jgħinu ħalli dawn il-familji ma jinfirdux. Huwa appella wkoll biex jintbagħtu għotjiet finanzjarji lil Caritas biex din tgħin lil dawn il-familji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

COVID-19

Fi żmien li l-pajjiż għaddej mill-problema tal-imxija tal-COVID-19, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons. Mario Grech appella lis-saċerdoti f’Għawdex u lill-Għaqdiet Reliġjużi biex jagħtu l-offerta tagħhom sabiex jinxtara ventilator, ħalli dan jingħata lill-Awtoritajiet…

Temp

L-uffiċju Meterjoloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi mill-Grigal fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija ser tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Aktar