Televiżjoni u Radju
Ara: Eks futboler u t-Teatru Orpheum illejla f’ ‘X’sar minnhom?’

Il-mistieden ta’ ‘X’sar minnhom?’ tal-lejla huwa l-isportiv Martin Scicluna. In-namur għall-futbol fis-Sur Scicluna nibet ta’ età żgħira. Futboler, li lagħab anki mat-tim nazzjonali Malti. Għalkemm ma kienx fost l-ogħla diviżjonijiet tal-futbol, is-Sur Scicluna huwa wieħed mill-ftit Maltin li qatt libes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti u li lagħab f’diviżjoni daqshekk baxxa.

Fit-tieni parti tal-programm, ‘X’sar minnhom?’ illejla jżur it-Teatru Orpheum fil-Gżira. Teatru, li huwa parti mill-familja ‘Orpheum Theatre’ fl-Amerka. Struttura, li ospitat diversi operetti, tellgħet diversi spettakli fuq is-silġ u li saħansitra tbiddlet f’ċinema.

‘X’sar minnhom?’ jixxandar illejla fl-10.05pm fuq TVM.