Eurovision
Ara: Eliana tgħodd is-sigħat għall-prestazzjoni ta’ nhar il-Ħadd

It-tieni prova ta’ Eliana fuq il-palk kienet deskritta bħala waħda b’saħħitha. Osservazzjoni oħra li saret kienet li għalkemm hi qiegħda waħidha fuq il-palk qiegħda timlih bil-qawwa tal-vuċi tagħha.

Waqt kolleġament ma’ TVAM dalgħodu, Eliana stqarret li hi vera ħerqana biex titla fuq il-palk nhar il-Ħadd. Iddeskriviet il-palk bħala wieħed mill-isbaħ u qed tistenna l-mument fejn il-pubbliku jkun jista’ jara dak li ilha tipprepara għalih dan iż-żmien kollu. F’da’wn il-ġranet, Eliana kellha ċans li tqatta’ ftit ħin mal-kontestanti l-oħrajn fejn qalet li għamlet ħbieb ġodda però ma’ naqasx is-support kontinwu mill-ħbieb u l-familjari Maltin.

Ara l-kollegament ma’ Eliana hawnhekk:

Aktar tard illum ser tkun qed tiftaħ l-ewwel parti tal-votazzjoni onlajn. F’din il-votazzjoni kulħadd jista’ jivvota, anki Malta tista’ tivvota għal kanzunetta ‘We are more’ li ser tkun qed titkanta fit-8 pożizzjoni.  Il-votazzjoni tiftaħ ft-20:00 u tista’ ssir minn fuq dan is-sit https://vote.junioreurovision.tv/

Fil-vidjo hawn taħt tista’ ssegwi siltiet mill-kanzunetti kollha li qed jipparteċipaw fil-Junior Eurovision Song Contest 2019.

Il-festival ser ikun qiegħed jixxandar LIVE fuq TVM nhar il-Ħadd fl-16:00

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Aktar