Stejjer Umani
ARA: Ellie – l-iżgħar pazjenta Maltija li qed tistenna trapjant tal-fwied

L-iżgħar pazjenta Maltija li qed tistenna trapjant tal-fwied għandha sentejn. Hija tinsab Londra flimkien mal-ġenituri tagħha, li ma’ TVM stqarru li kif kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u jiġu lura, jinkitbu anke huma bħala donaturi tal-organi.

Ellie Portelli se tkun għadha qed tistenna trapjant tal-fwied, sena u xahrejn wara li flimkien mal-ġenituri tagħha ġiet Londra, telefonata bogħod mill-aħbar li nstab id-donatur għaċ-ċkejkna Ellie.

Omm Ellie, Jes Gilford qalet “Elie għandha blood group tagħha naqra diffiċli, O negative. Allura diffiċli ftit u biex issib biċċa tal-fwied li għandha bżonn Ellie.”

Jes qalet li llum il-ġurnata tifhem u tgħożż il-ħtieġa ta’ kemm jekk tkun donatur, taf tkun id-differenza għal ħaddieħor biex jgħix ħajja sħiħa.

Omm Ellie qalet “u la ninżel Malta se mmur ninkiteb biex inkun waħda mid-donaturi.”

Il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund tgħin familji bħal ta’ Ellie, fl-ispejjeż tal-vjaġġi, ikel, trasport u affarijiet ta’ bżonn ta’ kuljum sakemm idumu barra għall-kura.

“Issa ilni sena u xahrejn hawnhekk. Is-support kbir hafna mingħand il-Community Chest Fund. Sibt ħafna għajnuna minnhom. L-ewwel darba li għenitni mort ħabbatilha l-bieb u xtratli l-apparat tad-dawl” qalet omm Ellie.

Bogħod mill-għajn mhux bogħod mill-qalb, għaliex Jes tħoss in-nuqqas taż-żewġt itfal l-oħra tagħha.

“Il-familja tfisser ħafna għalija. Speċjalment it-tfal tiegħi l-oħrajn. Għada t-tifla ha tagħmilli l-griżma. Ma nistax ninżel Malta” tgħid imbikkma Jes Gilford.

It-tifsira tal-ħajja tieħu perspettiva oħra b’missier Ellie, Ray Portelli jgħid li l-esperjenza tagħhom ma’ binthom għallmithom ħafna.

“Skoprejt li l-ħajja trid tgħożżha iżjed. Il-valuri tal-ħajja kif kont naraha qabel qed naraha differenti issa. Hawnhekk aħna rajna ħafna każi u titgħallem ħafna hawnhekk” qal Ray Portelli.

Ellie li ħmistax ilu għalqet sentejn hija waħda mit-12-il pazjent li jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu f’Sutton, li llum qasmu l-esperjenzi tagħhom mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fiż-żjara li qed tagħmel f’Londra f’għaxar sptarijiet u residenzi li jilqgħu pazjenti u qraba li jakkumpanjawhom, waqt li jkunu għall-kura.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Celia Falzon qalet li li ttieħdet id-deċiżjoni li jitwaqqfu temporanjament il-viżti fl-Isptar Mater Dei sabiex il-komunità vulnerabbli tkun protetta. Intervistata waqt l-aħbarijiet tat-8pm fuq TVM,…

Immigrazzjoni

Il-Gvern qal li mhux se jkunu permessi żbarki f’pajjiżna ta’ immigranti rregolari, kemm minn għaqdiet non-governattivi kif ukoll minn kull opra tal-baħar jew bastiment ieħor. Kif lanqas ser jiġu garantiti xi riżorsi għall-fini…

COVID-19

38 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali…

COVID-19

It-tobba tas-saħħa pubblika u professjonisti mediċi oħra għandhom kejl differenti ta’ kif jiddikjaraw l-pazjenti bil-Covid 19 imfejqa. Filwaqt li uffiċjalment, f’Malta issa għandha 16-il pazjent li fiequ, il-Kap tat-Taqsima tal-Mard…

Aktar