Barranin
ARA: Elton John sfurzat iwaqqaf kunċert wara li tilef leħnu

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk.

Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala parti mill-Farewell Yellow Brick Road tour, u rnexxielu jkanta għadd ta’ kanzunetti popolari, fosthom ‘Candle in the Wind’.

Huwa iżda kellu jieqaf ħesrem waqt il-kanzunetta ‘Daniel’, meta tilef leħnu kważi għal kollox kawża tal-infezzjoni li għandu fil-pulmun.

Huwa deher emozzojnat meta qam minn mal-pjanu u talab apoloġija lill-pubbliku, bil-folla numeruża tinfexx f’ċapċip u għajjat ta’ inkoraġġiment.

Sir Elton John kien skedat li jkanta wkoll f’żewġ kunċerti oħra l-ġimgħa d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Guiseppe Conte, ħabbar li estenda l-lockdown mal-pajjiż kollu sat-3 ta’ Mejju. L-Italja ilha xahar f’lockdown. Bejn ilbieraħ u llum, mietu 570 bil-Covid-19. Bħal Spanja, l-għadd ta’ mwiet…

Barranin

Ġurnata sewda għar-Renju Unit. Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 980 persuna bil-Coronavirus. L-għadd tal-mejta issa tela’ 8,958. Il-Ministru tas-Saħħa, Matt Hancock, qal li l-Għid il-Kbir se jkun test biex in-nies…

Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li qed jiżdied in-numru ta’ mediċini foloz marbuta mal-coronavirus, li qed jinbiegħu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-WHO qalet li t-teħid ta’ dawn il-mediċini foloz jista’ jkollhom…

Aktar