Barranin
ARA: Eluf jilqgħu r-rebbiegħa nofshom għarwenin f’kesħa xxoqq il-għadam fil-Ġappun

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena.

Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa.

Il-festival jilħaq il-quċċata tiegħu meta wieħed mir-reliġjużi tat-tempju jwaddab għadd ta’ oġġetti li jingħad li jġibu xorti tajba, u l-parteċipanti jippruvaw isibuhom.

It-temperaturi taħt iż-żero mhumiex l-ikbar periklu ta’ dan il-festival, hekk kif fis-snin l-imgħoddija, ġieli kien hemm parteċipanti li mietu mgħaffġa.

Din is-sena l-festival spiċċa b’wiċċ il-ġid, b’għadd ta’ parteċipanti li sofrew biss ġrieħi ħfief.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Fi knisja mneżża’ minn kull xorta ta’ armar, u nieqsa mill-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin bil-għan li jersqu eqreb…

Kurżitajiet

Għalkemm il-maġġoranza tat-tfal mhumiex qed joħorġu, il-mikrobi xorta waħda jistgħu jidħlu fid-dar permezz ta’ persuni oħra, oġġetti, jew ħwejjeġ. Huwa għalhekk li t-tfal, anki meta qegħdin ġewwa, xorta waħda għandhom…

Barranin

Maria Teresa ta’ Bourbon-Parma mietet bil-Coronavirus fl-età ta’ 86 sena. Il-Prinċipessa Spanjola, li tiġi kuġina mill-bogħod tar-Re Felipe VI, mietet f’Pariġi. Il-funeral tagħha sar l-Ġimgħa, f’Madrid.

Barranin

Il-World Health Organization (WHO) għadha qed tirrakkomanda li l-maskri m’għandhomx jintlibsu jekk wieħed ma jkunx marid bil-Covid-19 jew qed idur b’persuni morda. Skont Dr Mike Ryan, li huwa direttur eżekuttiv…

Aktar