Lokali
ARA: Emma ma taħbix l-emozzjonijiet tagħha waqt sfida f’Amici

Il-kantanta żagħżugħa Maltija Emma, li qed tieħu sehem fil-programm Amici fuq Canale 5, fit-trażmissjoni li xxandret ilbieraħ wara nofsinhar ma felħitx tkompli tkanta minħabba li emozzjonat ruħha.

Dan hekk kif kienet qed tinterpreta l-kanzunetta ta’ Elisa ‘Eppure Sentire’ fi sfida ma’ parteċipanta oħra, Carmen, li kantat l-istess kanzunetta.  Iżda Emma spikkat għall-fatt li lejn l-aħħar battuti tal-kanzunetta, l-emozzjoni rikbitha u bdiet tibki.

Jidher li l-emozzjonijiet għal Emma fl-aħħar jiem kienu iktar intensivi, hekk kif fil-jiem ta’ qabel hija bkiet ukoll minħabba li Paola Turci kellmitha waħidha u qaltilha biex ma tibqax tapplika ħafna irtokk għax hi sabiħa anke mingħajru.

Emma – Eppure sentire http://www.wittytv.it/amici/emma-eppure-sentire-10-marzo/

Geplaatst door Amici di Maria De Filippi op zaterdag 10 maart 2018

Ara wkoll:

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar