Lokali
ARA: Emozzjonati għax se jaħdmu għal tfal foqra fl-Indja

Sitt personalitajiet televiżivi jinsabu fi triqithom lejn l-Indja bħala parti mill-programm il-Proġett fuq TVM, biex jgħinu fil-bini ta’ istitut tat-tfal. Uħud mill-personalitajiet li nafuhom għall-komiċità fuq it-televiżjoni, fosthom Ġorġ tad-Doughnuts u Paulette Gafa’, dalgħodu kienu emozzjonati għax se jħossu t-tbatija ta’ tfal orfni li jgħixu fit-toroq.

Sitt personalitajiet, l-attur komiku u preżentatur Ray Calleja, il-preżentatriċi Marika Caruana Smith, il-preżentaturi komiċi Joseph Borg u Paulette Gafa’, il-kantant Dario Mifsud Bonnici u Dorianne Mamo fl-għaxart ijiem li ġejjin se jkunu għaddejjin minn avventura mhux faċli organizzat mill-Proġett tal-Missio, li huwa l-uffiċċju missjunarju ta’ Malta li għal snin twal wettaq proġetti ta’ ġid f’pajjiżi fejn hemm il-faqar fid-dinja.

Din is-sena, il-Proġett se jmur fl-Indja, biex jinbena orfantrofju tat-tfal li se jkun qed jilqa’ mitejn u ħamsin tifel u tifla li normalment jgħixu barra t-triq. Viżibbilment emozzjonati l-personalitajiet kienu ħerqanin, iżda wkoll beżgħana għal dak li se jaraw quddiemhom. Waħda mill-iktar personalitajiet li kienet emozzjonata, kienet l-personalità komika Paulette Gafa’, rinomata għaċ-ċajt li tgħid u għall-mod ferrieħi tagħha, li din id-darba stqarret ma’ TVM li qed tħossha emozzjonata wisq għax tħoss ħafna meta tara nies ibatu, l-iktar meta jkunu tfal.

Paulette Gafa’ qalet li “bħala persuna għalkemm bubbly ħafna, u kollni ċajt, qalbi żgħira ħafna u għalija se tkun emozzjonalment u moralment, issa la nkun hemm naraw.”

Attur komiku li wkoll s-soltu jdaħħaq kull meta jkun fuq it-televiżjoni huwa Joseph Borg magħruf bħala Ġorġ tad-Downuts, li qalilna li ferħan iżda fl-istess ħin qed jibża’ għax għandu qalbu żgħira ħafna. “Bħalissa għandi ħafna biża’ eċċitat imma lesti għaliha biex ngħinu lit-tfal”.

Qabel ma telgħu għal din il-missjoni, il-personalitajiet ħadu sehem f’diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi biex jiġbru biżżejjed flus għal dan il-proġett tal-orfanatrofju.

Marika Caruana Smith qalet “eċċitata ħafna u dejjem xtaqt nagħmilha, ma nafx x’se nsib”.

Ray Calleja qal li “drama kant kultura, u nittama li jaqsmu l-kultura tagħhom ma tagħna”.

Dorianne Mamo qalet li “imma issa ħa mmorru ħdejn dawk it-tfal”.

Dario Mifsud Bonnici qal li “eċċitat u nervuż, mentalment ippreparat, issa naraw x’se jiġri”.

Il-Proġett se jixxandar minn Jannar li ġej fuq TVM, bi preżentazzjoni ta’ Mark Caruana.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-disgħa ta’ għada filgħodu u…

Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Aktar