Barranin
ARA: Episodji minn ħajjet ir-Reġina Eliżabetta II – Għada tagħlaq 92 sena

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra għada tiċċelebra għeluq sninha b’mod uffiċċjali.  L-itwal u l-ixjaħ monarka fid-dinja għada tagħlaq 92 sena.

Iċ-ċelebrazzjonijiet t’għeluq sninha jikkonsistu fil-parata tradizzjonali magħrufa bħala Trooping the Colour, bis-suldati liebsin l-uniformi ċerimonjali fiċ-ċentru ta’ Londra li ssir kull sena f’Ġunju.

Fl-aħħar tal-parata jsir fly-past fuq il-Palazz Buckingham.  Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet isiru xahrejn wara li r-Reġina tagħlaq sninha biex tinżamm it-tradizzjoni li l-attivitajiet li jsiru jkunu fis-sajf.

Meta għalqet 92 sena f’April, ir-Reġina kisret kemmxejn tat-tradizzjoni u ċċelebrat pubblikament għeluq sninha b’kunċert li xxandar fuq it-televiżjoni.

Eliżabetta t-Tieni twieldet fil-21 ta’ April tal-1926 fi Bruton Street fiċ-ċentru ta’ Londra u saret Reġina fl-1952 meta kellha 25 sena u għalhekk ilha tokkupa t-Tron għal dawn l-aħħar 66 sena.

Ara hawnhekk l-iktar episodji li spikkaw tul ħajjet ir-Reġina Eliżabetta II:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xini tal-kummerċ Grieg li jmur lura aktar minn 2,400 sena instab fil-qiegħ tal-baħar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Bulgarija. Is-sejba tax-xini fil-Baħar l-Iswed qed tkun deskritta bħala l-akbar sejba ta’ vapur antik…

Barranin

Il-plejer Portugiż ta’ Juventus Cristiano Ronaldo spiċċa fuq fomm kulħadd minħabba l-arloġġ miksi bid-djamanti li libes.  Kien innutat minn kulħadd u qanqal reazzjoni ta’ bosta. Impossibbli ma tindunax bl-arloġġ li…

Kurżitajiet

Burgers magħmula minn sostituti tal-laħam fihom iktar melħ mill-burgers propji.  Dan ħareġ minn stħarriġ ġdid li sar minn grupp ta’ riċerkaturi Ingliżi li fih jirriżulta li burgers tal-laħam fihom 0.14…

Teknoloġija

WhatsApp se jkun qed jagħti l-opportunità lil min juża din il-pjattaforma għall-messaġġi biex jagħmel distinzjoni bejn il-kuntatti li jkollu marbuta max-xogħol u ċ-ċirku ta’ ħbieb tiegħu. Dan biex meta persuna…

Aktar