Barranin
ARA: Erba’ xhur ħabs wara li ta daqqa ta’ ħarta lill-President Franċiż

Damien Tarel, ir-raġel li t-Tlieta li għadda ta daqqa ta’ ħarta lill-President Franċiż Emmanuel Macron ġie kkundannat erba’ xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Tarel qal li aġixxa b’mod impulsiv, iżda l-prosekuzzjoni qalet li l-attakk kien wieħed deliberat.

Fil-qorti ngħad li Tarel kien qrib ta’ fazzjoni tal-lemin estrem u kien qrib ukoll tal-moviment tas-sdiri sofor.

Il-President Marcon qal li dan l-attakk m’għandux jiġi bbanalizzat iżda jittieħed b’mod proporzjonat.

L-attakk seħħ ftit wara li Macron ħareġ minn skola li sservi ta’ lukanda fil-belt ta’ Tain-l’Hermitage hekk kif resaq lejn ġemgħa nies li kienet qed tistennih wara barrikata tal-ħadid.