Lokali
ARA: Fabrizio Frizzi jkanta ma’ Claudio Baglioni f’Malta

Minbarra li ppreżenta l-kunċert O’Scià f’Malta, il-preżentatur Taljan Fabrizio Frizzi kien wkoll kanta xi kanzunetti ma’ Claudio Baglioni u diversi kantanti mistiedna oħrajn għal dan l-avveniment.

11-il sena wara dan il-kunċert, li siltiet minnu kienu dehru fil-programm ta’ TVM ‘Montage’, Frizzi jidher jidħol fl-ispirtu kif kien jagħmel f’kull programm jew serata li kien jippreżenta.

Dakinhar tal-kunċert fil-Valletta Waterfront, il-preżentatur Taljan wera l-professjonalità u tiegħu u kemm kien versatili f’xogħolu, kif stqarret ukoll il-preżentatriċi Louise Tedesco, li kienet ippreżentat il-kunċert miegħu f’Awwissu tal-2007.

Fil-kunċert, minbarra Riccardo Cocciante u Gianni Morandi, kienu ħadu sehem ma’ Baglioni l-kantanti Maltin Ira Losco, Ivan Grech u Ivan Filletti.

Ara hawnhekk is-siltiet mill-Arkivji ta’ TVM li kienu xxandru tal-kunċert ta’ Claudio Baglioni f’Malta:

Ara wkoll:

ISMA’: X’qalet Louise Tedesco dwar meta kienet ippreżentat ma’ Fabrizio Frizzi f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex. Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Dr Anton Refalo ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ftit tal-ħin ilu fil-Palazz ta’ San Anton. Dan il-dekasteru, li kien f’idejn il-Perit Clint Camilleri, issa jgħaddi…

Kronaka

Il-Pulizija qalet fi stqarrija li qed tinvestiga lill-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta. Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li fetaħ investigazzjoni minnufih, malli l-Ħadd li għadda sar jaf bir-rapporti fil-media…

Aktar