Barranin
ARA: Familja sħiħa twettaq l-attakki fl-Indoneżja li qatlu 13

Koppja flimkien mal-erbat uliedhom kienu responsabbli għal attakk suwiċida fuq tliet knejjes fl-Indoneżja. Fl-attakk inqatlu 13-il persuna u ndarbu għexieren oħrajn.

Tifla ta’ 9 snin kienet fost il-membri tal-familja li wettqu dan l-attakk illum fil-belt Surabaya.

L-ewwel attakk sar għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħodu miż-żewġ subien ta’ 16 u 18-il sena, li daħlu fi knisja bil-muturi u waddbu l-bombi. Il-missier saq karozza f’ċentru pastorali u spoldiha, filwaqt li l-omm u ż-żewġt ibniet ta’ 9 u 12-il sena splodew lilhom infushom fi knijsa oħra.

Dan huwa l-agħar attakk li twettaq sa mill-2005, u l-ewwel wieħed li fih intużaw it-tfal. Dawk involuti huma msieħba fi grupp ispirat mill-Istat Iżlamiku, imsejjaħ Jemaah Ansharut Daulah (JAD).

Il-President Joko Widodo żar il-postijiet tal-attakki, li ddeskriva bħala barbariċi. Huwa qal li kien ordna lill-pulizija jkissru xbieki ta’ dawn it-terroristi. Fl-istess jum il-pulizija qalet li kienet qatlet erba’ suspettati u arrestat tnejn oħra.

Ara wkoll:

Disa’ mejta f’attakk fuq tliet knejjes fl-Indoneżja

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miġemgħa ta’ raħlin fl-Indoneżja qatlu xejn inqas minn 292 kukkudrill bi tpattija, wara li raġel mill-villaġġ tagħhom inqatel minn kukkudrill. Il-kukkudrilli kienu qed jitrabbew f’razzett li kellu liċenzja apposta, u…

Barranin

L-Istati Uniti rrifjutat talbiet ta’ livell għoli mill-Unjoni Ewropea biex kumpaniji Ewropej ikunu eżentati mis-sanzjonijiet kontra l-Iran. F’ittra lill-pajjiżi Ewropej, is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal li l-Istati Uniti rrifjutaw it-talba…

Kurżitajiet

Fl-eqqel ta’ Lulju ħafna nies qed jinżlu lejn ix-xtajtiet sbieħ li joffri l-Mediterran biex iċafċfu u jirrilassaw. Iżda xtajta partikolari fi Spanja bħalissa qed toffri żvog għal kollox differenti. Ir-raħal…

Barranin

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-Iżrael wettaq l-ikbar attakk militari f’Gaża mill-gwerra ta’ erba’ snin ilu. L-attakk militari Iżraeljan sar minhabba li l-Grupp Militanti Musulman il-Hamas spara bombi…

Aktar