COVID-19
Ara: Faxex ta’ ħaddiema ġodda li se jirċievu benefiċċji soċjali

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu mill-għajnuna finanzjajra mogħtija mill-Malta Enterprise.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, Mark Musu’, qal li d-Dipartiment diġà rċieva kważi 4,000 applikazzjoni minn ħaddiema fosthom ġenituri li ma jistgħux jaħdmu biex jieħdu ħsieb lil uliedhom, persuni vulnerabbli li ġew ordanti mis-Supretedent tas-Saħħa Pubblika biex joqogħdu fi kwarantina preventiva, persuni b’diżabiltà u ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom.

“Fil-każ tagħna il-ħlasijiet ser ikunu 720 lil full timers u 450 ewro lil part timers fix-xahar li jkunu maħduma bir-rati fil-ġimgħa jew kuljum, skont il-każ – imma l-10 fil-mija qed jitnaqqsu mill-benefiċċji li qed nagħtu aħna biex imorru għal ħlas tal-kontribuzzjoni soċjali tas-sigurta’ soċjali – allura qed nassiguraw li l-benefiċċjari tagħna jkollhom il-kontibuzzjoni tas-sigurta’ soċjali mħallsa tul il-perjodu kollu li ser ikunu qed jieħdu l-benefiċċji u ma jkollhomx problemi fil-futur għall-pensjoni.”

Is-Sur Musu’ spjega li s’issa kien hemm 3,274 li applikaw għall-benefiċċju tal-ġenituri li ma jistgħux jaħdmu mid-dar. Qal li d-Dipartiment fl-ewwel jumejn ġew ipproċessati 312-il applikazzjoni li bejniethom ser jieħdu iktar minn 124 elf ewro għall-ewwel jiem li ma ħadmux.

“F’dal-każ mhux neċessarjament tilfet ix-xogħol jiġifieri ma tkunx tkeċċiet mill-employer tagħha u allura imbagħad tirreġistra għax-xogħol imma jkunu ġenituri li jkunu qed jieħdu leave estensiv minħabba li jkunu qed joqogħdu d-dar dawn il-persuni jispiċċaw on no pay, jiġifieri jibqgħu fuq il-kotba tal-employer tagħhom imma ma jkunux qed jitħallsu mill-employer tagħhom għax ikunu ħadu l-leave kollu.”

Żied jgħid li ċ-Childrens Allowence ikun aġġustat skont id-dħul il-ġdid b’dan il-benefiċċju jista’ jitla’ għal €24.08 fil-ġimgħa għal kull wild.

Is-Segretarju Permanenti qal li d-Dipartiment irċieva wkoll 310 applikazzjoni għall-benefiċċju tal-persuni b’diżabilità u 259 applikazzjoni għall-benefiċċju addizzjonali tal-qgħad. Spjega li minn għada, 170 ħaddiem miż-żewġ faxex ser jirċievu bejniethom 40,400 ewro fi ħlasijiet għall-ewwel jiem li kienu mingħajr impjieg.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jagħti benefiċċji lill-ħaddiema li ma jistgħux jibqgħu jaħdmu fuq ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-vulnerabilità tagħhom.

“Jista’ jkollok minnhom li huma tal-età tax-xogħol, li jkunu għadhom qed jaħdmu u minħabba dawn l-istruzzjonijiet ma jkunux jistgħu jirrappurtaw għax-xogħol – anke li dawn ser inkunu nistgħu ngħinuhom.”

Is-Sur Musu’ qal li f’jumejn ġew ipproċessati kważi 13% tal-applikazzjonijiet u minn għada, 482 ħaddiem ser jibdew jirċievu l-ewwel benefiċċji soċjali u bejniethom ser jirċievu mal-168 elf ewro.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati tliet każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 977 swab test. Sallum saru b’kollox 72,992 swab test. Seba’ persuni oħra ġew iddikjarati mfejqa biex…

Edukazzjoni

Fl-aħħar ġimgħat studenti tal-Kulleġġ tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl kellhom żewġ ħarġiet edukattivi mhux tas-soltu, hekk kif dawn saru virtwalment. Bħala parti mil-lezzjonijiet virtwali li kellhom jieħdu post il-lezzjonijiet fil-klassi…

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ġid tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment imur lil hinn minn għajnuna finanzjara f’mumenti ta’ emerġenza nazzjoanli. Fi żjara fl-uffiċini li jamministraw il-programm, Dr Abela saħaq dwar…

Aktar