Barranin
ARA: F’dagħdigħa jaqbżilhom ‘il barra mill-arena

Barri fferoċjat kellu bżonn biss salt wieħed biex jaqbeż ‘il barra mill-arena waqt esebizzjoni tradizzjonali li kienet qed issir fil-kapitali Spanjola.

Il-barri kien qed jaħbat għall-matador, li beda jistaħba wara grada tal-injam magħmula apposta. Iżda minflok ma waqaf quddiem il-grada, f’dagħdigħa l-barri qabeż minn fuqha u baqa’ nieżel fil-kuridur li jifred lill-udjenza mill-arena.

Dak il-ħin f’dan il-kuridur kien hemm matador ieħor, li b’ħeffa qabeż ‘il barra għal ġol-arena, filwaqt li ħaddiem ieħor fetaħ il-grada biex il-barri jerġa’ joħroġ fl-arena. Dan ukoll kellu jaqbeż b’ħeffa minn fuq l-ilqugħ biex ma jintlaqatx mill-barri.

B’piż ta’ 576 kilogramma, il-barri huwa tar-razza Miura minn Sevilla, li huma magħrufa għas-saħħa u l-intelliġenza. Dawn huma fil-fatt l-iktar barrin li qatt qatlu matadori, u jintużaw biss fl-iktar areni prestiġjużi.

L-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm iktar serji, hekk kif fil-passat il-barri ġieli saħansitra spiċċa qalb l-udjenza.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Barranin

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika u li bl-azzjonijiet tagħhom qed iwasslu għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Nhar il-Ħadd, Luigi di…

Barranin

Fir-Renju Unit, il-membri parlamentari bdew iressqu l-proposti tagħhom għal bidliet fil-pjani għal Brexit qabel il-vot skedat għall-ġimgħa d-dieħla dwar ftehim emendat tal-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru May mistennija tiltaqa’…

Aktar