X

ARA: F’dan l-ajruport tista’ timxi qalb foresta

L-ajruport ta’ Changi, f’Singapore, joffri esperjenza unika ta’ natura b’foresta li qed titkabbar ġol-ajruport stess, kompluta bl-ikbar kaskata tal-ilma li qatt saret ġewwa.

Passiġġieri li jgħaddu minn wieħed mit-terminals fi triqthom lejn l-ajruplan jistgħu jimxu qalb mijiet ta’ siġar. Għalkemm in-natura f’dan l-ajruport mhix xi ħaġa ġdida, il-proġett mistenni jiġi żviluppat iktar.

Sas-sena d-dieħla huwa mistenni li l-ajruport ikun fih mal-2,500 siġar kbar, minbarra eluf oħra ta’ siġar żgħar, kif ukoll kaskata kbira tal-ilma.

L-ajruport ta’ Changi kemm-il darba ġie klassifikat bħala l-aqwa wieħed fid-dinja.