Lokali
ARA: Federica Falzon lura fix-xena b’ġeneru mużikali ġdid

Federica Falzon, rebbieħa tal-programm Ti Lascio Una Canzone fl-2014 fuq Rai Uno, kif ukoll ir-rappreżentanta Maltija tal-Junior Eurovision 20014, nediet cover version u video tal-kanzunetta ‘Dancing On My Own’.

Oriġinarjament din il-kanzunetta kienet kantata minn Robyn fl-2010. Il-kanzunetta miktuba minn Robyn stess u Patrik Berger titkellem dwar persuna li tkun qed tiżfen waħedha f’night club, filwaqt li tkun qed tħares lejn l-ex maħbub tagħha jiżfen ma’ tfajla ohra.

Fl-2016 Calum Scott kanta verżjoni oħra bħala cover ta’ ‘Dancing On My Own’ waqt Briatan’s Got Talent. Il-verżjoni l-ġdida għamlet suċċess kbir u saħansitra telgħet sal-quċċata taċ-charts.

Federica qalet lil TVM li għażlet din il-kanzunetta flimkien mal-vocal coach Gillian Zammit. Minkejja li tistudja mużika klassika, il-kantanta żagħżugħa qalet li dejjem xtaqet tkun aktar versatili u tipprova ġeneri oħra ta’ mużika.

Minn mindu kantat ‘Diamonds’, Federica ma waqfitx tistudja t-teknika tal-vuċi u dan l-aħħar ukoll qed tieħu sehem fuq sensiela televiżiva. Stqarret ma’ TVM li issa għandha ppjanat li tirrekordja covers oħra, kif ukoll bi ħsiebha taħdem fuq materjal ġdid oriġinali.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar